Il-logħob tal-futbol barra mill-Ewropa wkoll kompla b’aktar logħob ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja mill-Konfederazzjoni tal-Amerika t’Isfel. L-Arġentina rebħu f’logħba oħra importanti, filwaqt li l-Brażil kienu miżmuma mill-Urugwaj,
Estadio Alberto Josè Armando fi Buenos Aires
Arġentina 1 Perù 0
Rebħa li permezz tagħha, l-Arġentina saħħet postha fl-ewwel post fil-klassifika b’25 punt fi tmiem it-12-il ġurnata b’mod li fetħet vantaġġ ta’ ħames punti fuq l-Urugwaj.
Il-gowl deċiżiv kien skorjat fil-55 minuta meta minn azzjoni ta’ Lionel Messi kien LAUTARO MARTINEZ li għeleb lil Pedro Gallese.
Arena Fonte Nova f’Salvador
Brażil 1 Urugwaj 1
Riżultat li ma biddel xejn fil-klassifika fejn filwaqt li Urugwaj ikkonsolidat postha fit-tieni post b’20 punt, Brażil baqgħet fil-ħames post bi 18-il punt. Riżultat ta’ 0 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima.
Fil-55 minuta minn azzjoni ta’ Maximiliano Araujo kien FEDERICO VALVERDE li għeleb lil Ederson biex poġġa lill-Urugwaj fil-vantaġġ. Reazzjoni immedjata mill-Brażil li seba’ minuti wara kisbet il-gowl tad-draw permezz ta’ GERSON li għeleb lil Sergio Rochet. Riżultat li bih intemmet il-partita.
//= $special ?>