Jirriżulta li bħalissa fl-Isptar Mater Dei hemm 3,005 pazjent jistennew intervent mediku f’erba’ taqsimiet differenti li huma l-katarretti, interventi kirurġiċi ġenerali, kirurġija plastika u interventi newrokirkurġiċi. Dawn il-listi ta’ stennija huma iktar minn dak stabbilit fiċ-Charter tal-Pazjent.
Dan kien stabbilit mill-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia.
Il-Ministru Joe Etienne Abela qal li minn 367 pazjent għal operazzjoni tal-katarretti li kienu ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti, issa fadal 65.
Hu qal ukoll li hemm 2,612-il pazjent li ilhom jistennew intervent kirurġiku ġenerali, 176 pazjent li ilhom jistennew intervent fil-kirurġija plastika, u 152 pazjent li ilhom jistennew intervent newrokirurġiku u ilhom jistennew aktar miż-żmien stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent.
L-informazzjoni dwar kemm hemm pazjenti jistennew MRI u ST Scans għadha qed tinġabar.
//= $special ?>