Internazzjonali

Anzjan ta’ 92 sena arrestat fuq suspett ta’ omiċidju fl-1967 fi Bristol

Anzjan ta’ 92 sena minn Ipswich ġie arrestat hekk kif il-Pulizija għandha suspett li hu kien dak li wettaq l-omiċidju fuq Louisa Dunne f’darha stess fi Bristol, fl-1967.

Il-vittma, li kellha 75 sena, kienet instabet mejta mill-ġara tagħha wara li ġiet mgħallqa u stuprata.

Dan l-arrest sar kważi 60 sena wara d-delitt, bil-Pulizija issa qed titlob għal iktar għajnuna minn dawk il-persuna li jiftakru dan il-każ sabiex jersqu ‘l quddiem u jagħtu l-informazzjoni kollha li għandhom.