Erba’ persuni tilfu ħajjithom u numru ieħor jinsabu fi sptar jingħataw il-kura wara li dawn ħadu shots ta’ alkoħol b’xejn f’dak li qed ikun meqjus bħala każ ta’ avvelenament tal-massa f’Laos, l-Asja.
Żewġ żgħażagħ li għandhom madwar 20 sena u persuna oħra ta’ 56 sena, Daniżi u Amerikana rispettivament ġew rappurtati li tilfu ħajjithom kaġun ta’ dan.
Bir-raba’ persuna tkun Bianca Jones ta’ 19-il sena minn Melbourne. Ħabiba tagħha, Holly Bowles qed tingħata l-kura fi sptar wara li ċemplet għall-għajnuna mill-akkomodazzjoni li kienu qed joqogħdu fiha.
Sitt persuni oħra, kollha ta’ nazzjonalità Britannika qed jingħataw il-kura fost persuni minn pajjiżi oħra.
L-alkoħol kien imħallat bil-kimika methanol li normalment jintuża’ biex isir il-fjuwil u l-plastik, fost affarijiet oħra.
//= $special ?>