Il-Kooperattiva Produtturi taż-Żebbuġ Limited qed tagħmel sforz uniku u sinifikattiv li minnu tibbenefika l-komunità kollha u qed tfittex, għal skop ta’ riċerka, siġar taż-żebbuġ li għandhom aktar minn mitt sena. Il-Kooperattiva. Il-Kooperattiva qed tagħmel ukoll sejħa għas-sħubija f’din il-Kooperattiva biex jogħla l-livell tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa lokali b’mod li jkun kapaċi jikkompeti internazzjonalment.
Is-siġra u l-produzzjoni taż-żebbuġ huma parti integrali mill-kuntest naturali, ekonomiku u kulturali tal-Gżejjer Maltin. Is-siġra taż-żebbuġ, magħrufa għar-reżiljenza, il-lonġevità u l-importanza ekonomika tagħha, ilha għal eluf ta’ snin fost l-aktar prodotti kkultivati fl-agrikoltura Maltija u fost l-aktar siġar popolari li jitkabbru fil-Gżejjer Maltin. Siġar taż-żebbuġ indiġeni għal Malta, tipikament dawk tal-ispeċi Olea eu-ropaea, adattaw ruħhom tajjeb għall-ħamrija kalkarja u għall-klima niexfa ta’ Malta. Siġar taż-żebbuġ qodma, li xi wħud minnhom jingħad li għandhom aktar minn elf sena, għadhom jinstabu f’żoni rurali – xhieda ħajja tar-reżistenza u l-għomor twil tagħhom.
Siġar taż-żebbuġ Maltin għandhom karatteristiċi uniċi li jiddistingwuhom minn varjetajiet Mediterranji oħra. Dawn is-siġar żviluppaw modi speċifiċi ta’ kif jadattaw ruħhom għall-ambjent lokali, kapaċi partikolarment jirreżistu għan-nixfa u jikbru f’ħamrija fqira u mimlija blat. Dawn il-karatteristiċi, għalkemm magħrufin sew mill-bdiewa lokali, jinħtieġu studji xjentifiċi biex wieħed ikun jista’ jikkwantifika s-sinifikat tagħhom.
F’Malta jitkabbru diversi varjetajiet ta’ siġar taż-żebbuġ, kollha bil-kwalitajiet distinti tagħhom f’dak li hu daqs, l-ammont ta’ żebbuġ li jiġi prodott, u l-profil tat-togħma. L-aktar varjetajiet lokalment assoċjati ma’ siġar indiġeni jinkludu Bidni, Malti (il-Ħoxna), u l-Abjad (Perla).
Iż-żebbuġa “Bidni”, li tinstab biss f’Malta, hija apprezzata ħafna għall-frotta żgħira u żejtnija tagħha, b’togħma qawwija li tiddistingwiha minn varjetajiet oħra. Iż-żejt li tipproduċi, spiss deskritt bħala distintivament aromatiku u rfinut b’togħma li għandha mill-bżar, hu meqjus fost l-aqwa fil-Mediterran. Il-fatt li din il-varjetà hija addattata ħafna għall-klima u l-ħamrija ta’ Malta, jagħmilha l-pedament tal-produzzjoni lokali taż-żebbuġ.
Iż-żebbuġa “Malti”, magħrufa wkoll bħala “il-Ħoxna”, hija varjetà Maltija importanti oħra magħrufa għad-daqs tal-frotta u l-kwalità għolja taż-żejt tagħha. Iż-żejt minn din iż-żebbuġa huwa bellusi u mhux qawwi, b’togħma li tagħti kemxejn fil-frott. Iż-żebbuġa ta’ din is-siġra jintuża kemm għall-produzzjoni taż-żejt kif ukoll għal fuq il-mejda tal-ikel.
Il-varjetà Bajda jew Perla, għalkemm inqas komuni, hija magħrufa għad-dehra bajdanija distintiva tagħha, li tista’ tkun tagħti fil-vjola meta tkun misjura żżejjed. Iż-żebbuġ tal-Bajda ġeneralment jintuża għall-preżervazzjoni u l-ibbottiljar, minħabba li ż-żejt monovarjetali huwa rari minħabba li hu skars.
Sforzi biex is-siġar indiġeni taż-żebbuġ jiġu ppreżervati u promossi huma kruċjali biex il-wirt agrikolu Malti jkun sostnut. Il-Koperattiva nidiet proġett biex issib u tistudja siġar taż-żebbuġ indiġeni, bl-għan li tirreġistra varjetajiet addattati kemm għall-produzzjoni taż-żejt kif ukoll għall-konsum fl-ikel. L-istudji jiffukaw fuq varjetajiet partikolari li jitqiesu indiġeni, karatterizzati minn traċċi speċifiċi identifikati permezz ta’ osservazzjoni viżiva. Dawn il-pjanti jiġu ttestjati ġenetikament bl-għan li titkabbar il-kwalità tar-riżorsi ġenetiċi ta’ pjanti lokali. Bl-informazzjoni miġbura tkun tista’ ssir reġistrazzjoni u valorizzazzjoni ta’ dawn il-varjetajiet, u dan jippermetti produtturi lokali biex jużaw l-isem tal-varjetà u jiddistingwuh minn dak ta’ varjetajiet oħra.
Il-Koperattiva qed taħdem ħafna biex tkompli tistudja l-fenotip u tqabblu mal-profil ġenetiku ta’ dawn l-ispeċi, u hekk tipprovdi lill-bdiewa lokali b’riżorsi ġenetiċi addattati u siġar li jifilħu għal-limitazzjonijiet klimatiċi tal-lum. L-għan ta’ dan il-proġett hu li jagħti vantaġġ lill-komunità agrikola u xjentifika ta’ Malta, fuq livell lokali kif ukoll in-ternazzjonali.
Is-siġra taż-żebbuġ Maltija mhijiex sempliċement proprjetà agrikola; hija simbolu ta’ reżiljenza u tradizzjoni. Bis-sapport li nagħtu lill-kultivazzjoni u l-produzzjoni taż-żebbuġ lokali, nistgħu nippreservaw din is-siġra ikonika u nkomplu ngawdu mill-benefiċċji tagħha fil-ġenerazzjonijiet li ġejjin.
Hu hawn fejn tidħol int! Il-Kooperattiva qed tfittex fi sforz uniku u sinifikattiv li minnu tibbenefika wkoll il-komunità kollha, siġar taż-żebbuġ li għandhom aktar minn mitt sena. Bl-istudju li jsir fuq dawn is-siġar qodma, il-Kooperattiva tixtiequ tiskopri intuwiti xjentifiċi li jistgħu jirrivoluzzjonaw il-kultivazzjoni u l-produzzjoni taż-żebbuġ. Il-metodi tal-Kooperattiva huma kompletament mhux invażivi – u se tkun biss qed tigbor ftit weraq minn kull siġra, biex tiżgura li ma ssir l-ebda ħsara lil dawn il-kampjuni impressjonanti.
Bil-kontribut tiegħek fir-riċerka tkun qed tieħu sehem importanti fi proġett li jista’ jħalli impatt kbir ’il quddiem. Imma dan mhux kollox! Il-Kooperattiva qed tinkoraġġixxi wkoll biex l-istess persuni jsiru membri tal-Koperattiva biex ikunu qed jingħaqdu wkoll ma’ bdiewa oħra ddedikati u togħla l-livell tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa lokali b’mod li jkun kapaċi jikkompeti internazzjonalment.
Flimkien mal-Kooperattiva, jista’ jkun ippreservaw il-passat u tikkultivaw futur aħjar għall-koltivazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ. Ingħaqad mal-Koperattiva llum u kun parti minn xi ħaġa straordinarja!
Tista’ tikkuntattja l-Koperattiva fuq: kpzmal-ta@gmail.com jew 79493556
Sħubija fil-Koperattiva Produtturi taż-Żebbuġ Limited hija miftuħa għal kull min jikkoltiva siġar taż-żebbuġ, irrispettivament min-numru ta’ siġar li għandhom fir-raba’ tagħhom. Kull membru jħallas sehmu DARBA BISS, meta japplika għas-sħubija. Ma hemm l-ebda miżati jew ħlasijiet annwali, extra jew moħbija. Kull sehem fil-Koperattiva jiswa €50. Kull min hu interessat japplika għas-sħubija għandu jibgħat Formola ta’ Applikazzjoni u €50 għal kull sehem li jkun irid. L-applikazzjoni tkun trid tiġi approvata mill-Management Committee. Għal xi kjarifika, ċemplu 79493556.
Kull min hu interessat li jissottometti applikazzjoni għas-sħubija (li tinstab fis-Sezzjoni Dokumenti) għandu jimla l-applikazzjoni, jiffirmaha, joħroġ ċekk f’isem il-Koperattiva Produtturi taż-Żebbuġ Limited (€50 għal kull sehem mixtri), jagħmel kopja tal-Karta tal-Identità (quddiem u wara) u jibgħat id-dokumenti kollha fl-indirizz irreġistrat tal-Koperattiva. Id-dokumenti u l-pagament għandhom jintbagħtu lill-KPZ Limited, 10, Bonsai, Triq San Martin, Żebbuġ, Malta. Ħlas jista’ jsir ukoll permezz tal-faċilità Pay a Bill tal-BOV internet banking u l-BOV Mobile-to-Mobile fuq 79387717.
//= $special ?>