Raġel ta’ 67 sena residenti Birkirkara, sofra ġrieħi gravi wara inċident bejn żewġ vannijiet ilbieraħ għall-ħabta tal-10:30pm fi Triq Dun Karm, f’Birkirkara.
Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vann Daihatsu Hijet misjuq minn raġel ta’ 67 sena residenti Birkirkara, u vann Toyota Double Cabin misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti n-Naxxar. Fid-Daihatsu kien hemm ukoll mara ta’ 67 sena residenti San Ġwann.
Il-persuni involuti ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u x-xufier tad-Daihatsu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>