Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura f’Bormla

Raġel ta’ 71 sena residenti Bormla qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza għall-ħabta tas-6:15am, fi Triq San Ġwann T’Għuxa, Bormla.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Kia Picanto li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 43 sena li toqgħod San Pawl il-Baħar.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.