Diversi residenti Slimiżi rrappurtaw ma’ Net News każ ieħor ta’ drenaġġ fil-baħar u riħa qawwija li spikkat sa mis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.
Jidher li dan il-każ żviluppa wara ħsarat fis-sistema tal-Water Services Corporation, li spiċċat imblukkata. U allura, id-drenaġġ beda jfur lejn il-baħar.
Il-ħmieġ u d-drenaġġ fil-baħar estenda sal-inħawi tal-Gżira, tul ix-xatt kollu.
It-Times ippubblikat ukoll filmati ta’ dak li seħħ kmieni dalgħodu fiz-zona tal-Ferries.
//= $special ?>