Lokali

Kunsill ġdid tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Infermiera Psikjatriċi

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Infermiera Psikjatriċi (MAPN) ħabbret il-kunsill għall-erba’ snin li ġejjin.

Alexei Sammut ġie elett mill-ġdid bħala President tal-Assoċjazzjoni. Pierre Galea, Janice Agius, Christopher Pace uMaria Sap iano ġew eletti mill-ġdid bħala Viċi President, Segretarja, Viċi Segretarju, u Teżoriera rispettivament; Sharon Cuschieri, Uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi; u Marcia Gafà bħala Kunsilliera Internazzjonali. Kevin Gafà, Doreen Calleja, Gary Brincat, u Luana Deguara se jservu bħala membri tal-kunsill..

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Infermiera Psikjatriċi hija organizzazzjoni volontarja u apolitika li tirrappreżenta infermiera li jaħdmu fis-saħħa mentali f’Malta. L-Assoċjazzjoni ġiet iffurmata fl-2006 u matul dan iż-żmien baqgħet impenjata biex tavvanza l-professjoni tal-infermierija psikjatrika f’Malta. Fl-2016, il-MAPN ippubblikat l-Istandards tal-Infermiera tas-Saħħa Mentali Psikjatrika, dokument li jiddeskrivi r-rwol tal-infermier li jaħdem fis-Saħħa Mentali.