Permezz ta’ Lucia Bronzetti u Jasmine Paolini, l-Italja rebħet għall-ewwel darba l-Billie Jean King Cup tat-tennis meta fil-final għelbet lis-Slovakkja 2-0, f’Gainbridge.
Fl-istorja tat-tenni internazzjonali għall-Italja dan kien il-ħames suċċess f’din il-kompetizzjoni fejn qabel kienet magħrufa bħala Tennis Federations Cup fejn l-Italja rebħet l-edizzjonijiet tal-2006, 2009, 2010 u 2013.
Fl-2020 il-Federazzjoni Internazzjonali tat-Tennis semmiet il-Federations Cup bħala the Billie Jean King Cup ad unur ta’ waħda mill-aqwa plejers tat-tennis ta’ kull żmien.
Fil-finali, l-Italja marret fil-vantaġġ wara li Lucia Bronzetti ftit tħabtet biex għelbet lil Viktoria Hrunchakova f’żewġ sets 6-2, 6-4. Daqstant ieħor fit-tieni partita u r-rebħ tal-kompetizzjoni wara li Jasmine Paolini għelbet lil Rebecca Sramkova wkoll f’żewġ sets 6-2, 6-1.
Jasmine Paolini din is-sena waslet sal-finali ta’ żewġ tournaments Grand Slam, ta’ Pariġi u Wimbledon, u flimkien ma’ Sara Errani rebħet il-midalja tad-deheb fil-kompetizzjoni tad-doubles fl-Olimpjadi ta’ Pariġi.
//= $special ?>