Lokali

“Malta hija rebbieħa” – Il-President tal-EPP Manfred Weber

Il-Kap tal-PN Bernard Grech laqa’ fid-Dar Centrali lill-President tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Weber, flimkien ma’ bosta personalitajiet ewlenin, li jinsabu b’pajjiżna għall-Assemblea tal-EPP.

F’kumment li ta lil Net News, Manfred Weber sostna li jinsab ferħan ħafna li qiegħed f’Malta partikolarment fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.

Hu faħħar l-impenn tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista speċjalment wara r-riżultat tal-elezzjonijiet tal-MEPs f’Ġunju li għadda u l-akkwist ta’ siġġu fil-Parlament Ewropew.

Weber sostna li din l-assemblea hi ta’ importanza kbira sabiex il-Partit Popolari Ewropew ikompli jaħdem biex itejjeb il-ħajja tal-Ewropej – specjalement il-middle class.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista minn naħa tiegħu laqa’ wkoll lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Dubravka Šuica, fejn f’laqgħa bilaterali ddiskutew l-ikbar diffikultajiet li qed jolqtu lil Malta bħala pajjiż fil-Mediterran u fin-naħa t’isfel tal-Ewropa.

Suica fil-fatt se tkun il-Kummissarju l-ġdid responsabbli mir-reġjun tal-Mediterran.

Preżenti għal din il-laqgħa bilaterali kien hemm ukoll l-MEPs Nazzjonalisti David Casa u Peter Aguis, flimkien mas-Segretarju Internazzjonali tal-PN Beppe Galea.