F’intervent waqt il-bulettin tal-aħbarjiet fuq Net Television, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li l-Prim Ministru Robert Abela għandu jieħu azzjoni immedjata dwar il-każ ta’ job fantażma li ngħata lil Amanda Muscat, dak iż-żmien ħabiba tal-Ministru Clayton Bartolo.
Dan hekk kif illum il-Kumitat Parlamentari adotta r-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards, l-istess rapport kien adottat, u Bartolo u Camilleri nstabu ħatja li kisru l-Kodiċi tal-Etika għall-Ministri u s-Segretarji Parlamentari.
Bernard Grech semma wkoll li laqa’ fid-Dar Centrali lill-President tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Weber, flimkien ma’ bosta personalitajiet ewlenin, li jinsabu f’pajjiżna għall-Assemblea tal-EPP.
//= $special ?>