Il-Kumitat Parlamentari għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ffurmat minn deputati tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni u mmexxi mill-Ispeaker, illum qabel b’mod unanimu li Clayton Bartolo u Clint Camilleri kisru l-istandards fil-ħajja pubblika. Wara d-deċiżjoni tal-lum tal-Kumitat Parlamentari, Robert Abela għandu jara li jirriżenjaw, inkella jkeċċihom.
Hekk kiteb il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fuq il-media soċjali ftit tal-mumenti wara li ttieħed il-vot biex ir-rapport tal-Kumissarju tal-Istandards jkun implimnetat. Fejn spjega wkoll kif il-Kumitat Parlamentari illum irrifletta s-sentiment nazzjonali li wara dak li għamlu, il-Ministri Bartolo u Camilleri ma jistgħux jibqgħu jokkupaw il-kariga ta’ Ministri. Robert Abela llum jinsab iżolat, waħdu jiddefendi lil Bartolo u Camilleri.
Robert Abela huwa Prim Ministru kompromess li ma jistax jiddeċiedi b’mod liberu. Robert Abela huwa Prim Ministru li moħħu biss biex isalva ġildu. Malta għandha bżonn Prim Ministru u Gvern li jpoġġu l-ewwel l-interess nazzjonali. Malta għandha bżonn bidla, temm jgħid Bernard Grech.
//= $special ?>