Mijiet ta’ persuni fosthom ġurnalisti u anke sportivi nġabru fil-Bażilika tal-Mosta kmieni filgħodu fejn ingħatat l-aħħar tislima lill-Mario Meli – ġurnalist li ħadem għal snin twal fl-isport.
Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm fost l-oħrajn il-Kap tal-Partit Nazzonalista Bernard Grech.
Mario Meli, li miet fl-età ta’ 84 sena, ħalla warajħ legat kbir kemm fil-ġurnaliżmu sportiv kif ukoll f’numru ta’ għaqdiet sportivi. U waqt il-funeral intqal li dan il-kontribut mhu ser jintesa qatt.
//= $special ?>