Il-Ġimgħa filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kellu laqgħa bilaterali mal-Eks President tal-Ukrajna Petro Poroshenko fejn iddiskutew ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.

Kif wieħed stenna Poroshenko tkellem dwar l-aħħar attakki li saru fuq l-Ukrajna hekk kif kien hemm attakk ieħor bil-missili fir-reġjun ta’ Dnipro; biċ-ċivili sfortunatament kienu fil-mira tal-qawwiet Russi.
Poroshenko sostna li l-għajnuna li sabet l-Ukrajna mill-Unjoni Ewropea kienet essenzjali f’din il-gwerra. Bl-Eks President Ukren itenni li għadu jittama li xi darba tirrenja l-paċi.
Minn naħa tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fakkar kif fil-bidu tal-kunflitt kien appella lill-Prim Ministru sabiex Malta tkun minn tal-ewwel li turi solidarjetà mal-poplu Ukren.
Għal din il-laqgħa il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mis-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Beppe Galea.
//= $special ?>