L-aħħar fażi tal-edizzjoni tat-Tazza Davis, f’Malaga, tintlagħab għada s-Sibt bis-semifinali bejn l-Italja u l-Awstralja u bis-semifinali l-oħra bejn il-Ġermanja u l-Olanda, bil-finali tintlgħab nhar il-Ħadd.
Fil-kwartifinali fl-aktar partita mistennija, l-Italja għelbet lill-Arġentina 2 – 1. Kien Francisco Cerudolo li fetaħ vantaġġ għall-Arġentina meta għeleb f’żewġ sets lil Lorenzo Musetti 6 – 4 ; 6 – 1. Madankollu, in-numru 1 Jannik Sinner ftit tħabat biex elimina lil Sebastian Baez 6 – 2 ; 6 – 1 sabiex fil-partita deċiżiva tad-doubles, mill-ġdid fl-azzjoni Jannik Sinner li flimkien ma’ Matteo Berrettini f’partita mill-isbaħ għelbu lil Maximo Gonzalez u Andrea Molteni 6 – 4 ; 7 – 5 sabiex poġġew lil Italja fis-semifinali.
Fil-partiti l-oħra l-Awstralja, avversarja tal-Italja fis-semifinali, eliminat 2 – 1 lill-Istati Uniti filwaqt li ta’ diżappunt għall-pubbliku Spanjol, l-Olanda eliminat lil Spanja 2 – 1 filwaqt li l-Ġermanja għelbet lill-Kanda 2 – 0 .
//= $special ?>