In-negozju tal-infrastruttura ta’ Goldman Sachs Alternatives iffirma ftehim biex jakkwista lil
Melita Limited minn EQT Infrastructure IV fund. Dan l-akkwist jikkonferma l-impenn komuni
lejn l-innovazzjoni, l-eċċellenza operattiva, u s-sostenibbiltà.
Harald Roesch, Kap Eżekuttiv ta’ Melita, ikkummenta: “Grazzi għall-appoġġ minn EQT, l-
aħħar ħames snin kienu trasformattivi, u ppermettewlna nagħmlu progress sostanzjali f’kull
aspett tan-negozju tagħna, u nsiru l-ewwel operatur fl-Unjoni Ewropea li nedejna kemm
netwerk Gigabit broadband kif ukoll netwerk 5G, it-tnejn fuq livell nazzjonali. Melita għamlet
dan b’mod sostenibbli: aħna newtrali għall-karbonju, qed ninvestu f’solar farms biex
nipproduċu enerġija rinnovabbli, u biddilna kważi nofs il-flotta tagħna għal vetturi elettriċi. Din
it-tranżazzjoni tirrifletti l-kisbiet tat-tim kollu tagħna u l-lealtà tal-klijenti tagħna. Bl-appoġġ u l-
kompetenza ta’ Goldman Sachs Alternatives, aħna eċċitati li nkomplu l-vjaġġ tagħna b’mod
sostenibbli filwaqt li ninvestu fl-infrastruttura tagħna, intejbu s-servizzi tagħna f’Malta u
nixprunaw aktar l-innovazzjoni.”
Robert Clark, Direttur Maniġerjali fl-Infrastruttura ma’ Goldman Sachs Alternatives, qal:
“Aħna eċċitati li ningħaqdu ma’ Harald u t-tim ta’ Melita fil-pass li jmiss tal-vjaġġ tagħhom.
Huma għamlu xogħol mill-aqwa biex jistabbilixxu ruħhom bħala mexxejja fis-suq, b’netwerk
ta’ kwalità għolja, bażi kbira ta’ klijenti u tim eżekuttiv tal-ogħla livell. Magħhom se nkomplu
nwasslu tkabbir u suċċess kontinwu. Melita hija eżempju mill-aqwa tal-opportunitajiet
disponibbli fl-ispazju tal-infrastruttura diġitali, u aħna eċċitati li nagħmlu dan l-investiment
biex nappoġġjaw it-tkabbir kontinwu ta’ Melita f’isem il-klijenti tagħna.”
Ulrich Koellensperger, Partner fit-tim ta’ EQT Value-Add Infrastructure Advisory, qal:
“Billi bnejna fuq ir-rekord twil ta’ EQT fl-investiment fl-infrastruttura diġitali, appoġġajna lil
Melita permezz ta’ investimenti strateġiċi, inkluż fil-kopertura tal-5G tagħha u titjib fin-netwerk
tagħha ibbażzat fuq il-fibra. Aħna kburin bil-progress mgħaġġel tan-negozju tal-IoT ta’ Melita
li fi ftit snin biss mill-bidu tiegħu, kiber b’mod sinifikanti u permezz ta’ akkwisti komplementari,
stabbilixxa linja tan-negozju ġdida promettenti b’firxa mal-Ewropa. Nemmen li l-kumpanija
tinsab f’pożizzjoni tajba għal aktar tkabbir u nixtieq nirringrazzja lil Harald u lit-tim kollu għad-
dedikazzjoni tagħhom u nawguralhom suċċess kontinwu.”
It-tranżazzjoni hija soġġetta għal kundizzjonijiet inkluż l-approvazzjonijiet regolatorji tas-soltu.
//= $special ?>