Kienet suċċess minn kull aspett l-Assemblea tal-Partit Popolari Ewropew li saret f’Malta f’dawn il-jumejn; laqgħa li ġabet flimkien politiċi ewlenin minn madwar l-Ewropa u l-Mediterran.
Din l-assemblea kienet ukoll pjattaforma sabiex ikompli jissaħħu r-rabtiet li għandu l-PN ma’ diversi partiti minn madwar il-kontinent.
Sinifikanti wkoll il-laqgħat importanti li kellu Bernard Grech f’dawn il-jumejn, fejn kompla jsaħħaħ il-pożizzjoni ta’ pajjiżna fuq livell internazzjonali.








