Internazzjonali

Stati Uniti: Pam Bondi nnominata minn Trump għar-rwol ta’ Avukat Ġenerali

Il-President Amerikan-elett Donald Trump innomina lill-prosekutur veteran, Pam Bondi, bħala Avukat Ġenerali – sigħat wara li Matt Gaetz irtira minn kull kunsiderazzjoni. Bondi għandha reputazzjoni bħala uffiċjal kapaċi fil-qasam tal-infurzar tal-liġi u meta serviet ukoll bħala l-Avukat Ġenerali fl-Istat ta’ Florida.

Bondi, li għandha 59 sena, teħtieġ li tkun ikkonfermata mis-Senat Amerikan biex tassumi dan ir-rwol u meta hi magħrufa bħala alleata antika ta’ Trump – alleata li defendietu waqt l-ewwel proċess tal-impeachment tiegħu mmexxi mis-Senat ta’ Washington.

U waqt li l-konferma li Gaetz mhux se jmexxi lid-Dipartiment tal-Ġustizzja qed titqies bħala disfatta għal Trump, mhux mistenni li Bondi, ‘il quddiem, tfalli l-eżami tas-Senaturi li jridu japprovawha bħala Avukat Ġenerali ġdid.