Lokali

AĠĠORNATA: Pulizija se titressaq il-Qorti fis-1pm akkużata li tat informazzjoni lil Lilu l-King

Informazzjoni li kiseb Net News tindika li fis-sigħat li gejjin, uffiċjal tal-Pulizija se tkun qed titressaq il-Qorti akkużata li għaddiet xi forma ta’ tagħrif lil Lili l-King – il-Libjan li jinsab implikat f’diversi każijiet.

Jirriżulta li dan il-każ huwa parti minn investigazzjoni li għadha għaddejja.

Fi stqarrija, il-Pulizija saħqet kif fis-siegħa ta’ wara nofsinhar se titressaq surġent tal-pulizija quddiem il-Maġistrat Victor Axiak. Huma saħqu kif l-Korp tal-Pulizija ma jittollera ebda abbuż, ikun min ikun, anke minn membri tiegħu stess.

Dan is-sit jinsab ukoll infurmat li l-pulizija mara li giet arrestata tifforma parti minn skwadra speċjalizzata.

Mohammed Elmushraty, magħruf aħjar bil-laqam tiegħu “Lilu King”, kien akkużat b’ħasil ta’ flus, evażjoni tat-taxxa u parteċipazzjoni fil-kriminalità organizzata.

Hu kellu wkoll każ ta’ sewqan mingħajr liċenzja, u anke akkużi li kiser il-paċi pubblika waqt avveniment tal-boxing.