L-astronawti tan-NASA Sunita ‘Suni’ Williams u Barry ‘Butch’ Wilmore, li ilhom maqbudin fl-ispazju għal aktar minn sitt xhur, qed jgħixu fuq ikel li mhux konsiderat bħala frisk. Dawn l-awstronawti inizjalment imbarkaw fuq missjoni ta’tmint ijiem fil-5 ta’ Ġunju, iżda ħsarat tekniċi fil-vettura spazjali tagħhom żammewhom milli jirritornaw. Kapsula SpaceX Dragon għandha tintbagħat kmieni s-sena d-dieħla biex iġġibhom id-dar, għalkemm adbaqa diversi xhur sakemm dawn ikunu salvati.
In-NASA ċċarat li l-astronawti kollha tan-NASA abbord l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali jgħaddu minn evalwazzjonijiet mediċi ta’ rutina u huma b’saħħithom. L-astronawti huma skedati li jiġu salvati fi Frar, iżda l-provvisti tal-ikel tagħhom jistgħu jkunu ta’ tħassib. Huma bdew jieklu frott frisk, ħaxix, tiġieġ mixwi, u pizza, iżda issa qed jieklu ċereali tal-kolazzjon b’ħalib tat-trab, u soppa freeze-dried magħmula mil-awrina u l-għaraq li jiġu riċiklati minn sistema speċjali li tifiltra.
Il-bidliet fid-dehra huma ukoll ta’ tħassib pero huwa maħsuba li huma kkawżati mill-impatt tal-mikrogravità waqt waqfa twila fl-ispazju. L-uffiċjali tan-NASA jimmonitorjaw il-provvisti tal-ikel abbord u s-saħħa tal-astronawti kontinwament.