Il-Papa Franġisku ħabbar li Carlo Acutis u Pier Giorgio Frassati se jkunu qed isiru qaddisin waqt ċelebrazzjonijiet tal-Ġublew tat-Tama – żewġ żgħażagħ li matul ħajjithom kellhom fidi kbira u xhieda ta’ qdusija.
Dan ġie mħabbar matul il-konklużjoni tal-udjenza ġenerali tal-Papa li ssir ta’ kull ġimgħa fi Pjazza San Pietru, hekk kif huwa kien qed jiċċelebra l-Jum Dinji tat-Tfal.
Kelliem għall-Vatikan, Matteo Bruni, ikkonferma li l-kanonizzazzjoni ta’ Carlo Acutis se ssir waqt il-Ġublew taż-Żgħażagħ, li se jsir bejn il-25 u s-27 ta’ April, u l-kanonizzazzjoni ta’ Pier Giorgio Frassati se ssir waqt il-Ġublew tal-Addoloxxenti, mit-28 ta’ Lulju sat-3 ta’ Awwissu.
Skont id-Djoċesi ta’ Assisi, il-Quddiesa tal-kanonizzazzjoni ta’ Acutis mistennija ssir nhar il-Ħadd, 27 ta’ April, fl-10:30 am, fi Pjazza San Pietru.
Carlo Acutis kien żagħżugħ Taljan li kellu passjoni għall-coding. Huwa kien miet bil-kanċer fl-2006. Matul ħajtu kien magħruf għad-devozzjoni kbira tiegħu lejn il-preżenza ta’ Ġesù fl-Ewkaristija.
Pier Giorgio Frassati kien miet fl-età ta’ 24 sena fl-1925. Huwa għadu sal-ġurnata tal-lum maħbub minn ħafna quddiem l-entużjażmu tiegħu għall-qdusija.
//= $special ?>