Sport Waterpolo

L-għoti tal-penalties jippremjaw lil Valletta… Sliema, Neptunes u San Ġiljan bit-tieni rebħa fl-Enemed Cup

(Ritratt: Joseph Galea)

VALLETTA IZIBET…………….. 14

SIRENS BUILD FITNESS….. 14

(Valletta rebħu 3-0 bl-għoti tal-penalties)

(3-1), (4-3), (4-7), (3-3)

L-għoti tal-penalties ippremjaw lil Valletta Izibet f’logħba li kienu qrib li jitilfuha. Il-Beltin kellhom il-kontroll għal ħafna ħin iżda kienu għoddhom tilfu dak li ħadmu għalih b’rimonta mill-aqwa ta’ Sirens. Għal Sirens spikka ż-żagħżugħ Jake Cachia awtur ta’ nofs il-gowls ta’ Sirens.

Valletta bnew vantaġġ ta’ 3-1 fl-ewwel sessjoni liema vantaġġ ġie kkonsolidat għal 7-3 fit-tieni sessjoni. It-tielet gowl personali ta’ Cachia lejn tmiem is-sessjoni beda r-rimonta ta’ Sirens fit-tielet sessjoni.

Dan għaliex wara li kienu 10-6 minn taħt, doppjetta ta’ Cachia u gowl ta’ Zach Mizzi naqqas id-distakk għal gowl. L-eks Ken Erdogan żamm il-vantaġġ doppju għal Valletta iżda reġa’ kien Cachia li għamel l-iskor 11-11 b’żewġ gowls oħra.

Sirens marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ fl-aħħar sessjoni għalkemm Max Zammit ġab id-draw. Gianni Farrugia għamilhom 14-13 b’penalty madwar minuta mit-tmiem iżda Ivan Nagaev ġab id-draw lejn it-tmiem.

Il-logħba kellha tkun deċiżda bil-penalties u hawn spikka l-gowlkiper ta’ Valletta Andrew Bugeja li salva t-tliet penalties mogħtija minn Peter Borg, Jerome Zerafa Gregory u Matthias Azzopardi rispettivament. Għal Valletta skorjaw Ivan Nagaev, Matthew Mifsud u Ken Erdogan.

Valletta: A. Bugeja, M. Mifsud (2), M. Carani (1), J. Sciberras (2), S. Busuttil (2), Z. Cutajar Licari, M. Zammit (3), I. Nagaev (2), K. Borg (1), K. Erdogan (1), M. Chircop, K. Cremona, G. Borg, L. Hyzler

Sirens: M. Bonello DuPuis, P. Serracino, Z. Mizzi (1), P. Borg, J. Cachia (7), K. Agius, M. Ortoleva, I. Riolo, J. Zerafa Gregory, G. Farrugia (1), M. Sciberras (4), M. Azzopardi (1), I. Schembri, A. Dimech

Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri

BIRŻEBBUĠA FREEPORT…… 5

SLIEMA FRANK SALT……….. 21

(1-5), (1-3), (2-5), (1-8)

Wara r-rebħa kontra Marsaskala fl-ewwel ħarġa, waslet it-tieni rebħa għal Sliema Frank Salt li wkoll waslet mingħajr diffikultà. Għas-Slimiżi rritorna Andreas Galea minbarra li żdiedu żgħażagħ oħra fit-tim li kienu assenti l-ġimgħa l-oħra.

Sliema fetħu vantaġġ ta’ ħames gowls fl-ewwel sessjoni, distakk li għamilha mill-ewwel diffiċli għal Birżebbuġa. Daniel Rizzo spikka b’doppjetta fit-tieni sessjoni hekk kif Sliema daħlu jistrieħu b’vantaġġ komdu ta’ 8-2.

L-andament tal-logħba baqa’ ma nbidilx b’Sliema jsibu ċ-ċans biex kabbru r-rebħa għal skor parzjali ta’ 12-3 fit-tielet sessjoni u 19-5 fl-aħħar sessjoni, b’Philip Tabone u CJ Saliba ssiġillaw ir-rebħa lejn it-tmiem.

Birżebbuġa: S. Livori, M. Aquilina (1), M. Cassar, D. Incorvaja, S. Bezzina, M. Manara, J. Abdilla, N. Saliba (1), D. Farrugia, M. Cutajar, M. Mannino, M. Curmi (1), K. Manara, J. Saliba (2)

Sliema: A. Theuma, E. Schembri (3), L. Galea (2), P. Tabone (1), J. Cassar (2), B. Cachia, M. Soler (2), D. Rizzo (2), J. Brownrigg (4), A. Galea (1), C.J. Saliba (1), D. Zammit (1), Z. Dzanovic, S. Engerer (2)

Referees: Massimo Angileri, Neville Mercieca

EXILES WELBEE’S……………… 7

NEPTUNES VIDEOSLOTS… 10

(2-2), (3-2), (1-4), (1-2)

Tnejn minn tnejn għal Neptunes Videoslots iżda żgur li jridu jtejbu l-prestazzjonijiet. Jekk tħabtu biex għelbu lil Valletta, reġgħu sabuha diffiċli biex għelbu lil Exiles Welbee’s 10-7. Din kienet l-ewwel logħba ta’ Alan Borg kontra Neptunes wara snin ta’ suċċess mat-tim tal-Balluta u ma ddiżappuntax b’wirja pożittiva.

Kien gowl ta’ Stevie Camilleri fit-tieni sessjoni li poġġa lil Neptunes 4-3 u għall-ewwel darba fil-vantaġġ. Exiles dawru l-vantaġġ u mhux biss temmew is-sessjoni fil-vantaġġ iżda kienu 6-4 minn fuq fit-tielet sessjoni.

Neptunes xeqilbu l-logħba favur tagħhom b’erba’ gowls konsekuttivi fosthom doppjetta ta’ Sam Gialanze. Fl-aħħar sessjoni, Keith Tanti wieġeb għat-tielet gowl personali ta’ Gialanze, sakemm Stevie Camilleri għalaq il-logħba.

Exiles: A. Borg Cole, Z. Micallef, D. Pace Lupi, M. Martellacci, M. Paris Roding (1), M. Fenech (1), K. Griscti, M. Naudi, K. Tanti (4), K. Navarro (1), L. Felice, G. Galea Curmi

Neptunes: M. Castillo, L. Mallia, S. Gialanze (4), A. Aquilina, M. Lanzon, J. Valletta, S. Camilleri (3), J. Pawley, L. Montebello Brownrigg, M. Castillo (2), A. Fava, E. Mallia (1), M. Farrugia, R. Spiteri

Referees: Stefan Licari, Debbie Tully

MARSASKALA OPTIMA………. 7

SAN ĠILJAN JP PROJECTS… 14

(1-2), (2-4), (1-5), (3-3)

San Ġiljan JP Projects ukoll żammew mal-aspettattiva u kisbu t-tliet punti mingħajr diffikultà. Zeljko Kovacic għażel li jagħti aktar spazju lil dawk il-plejers li jilagħbu l-anqas fit-tim kontra oppożizzjoni ta’ livell differenti. Fuq nota separata, din kienet l-ewwel logħba għar-referee żagħżugħ Luke Galea.

Jeremy Abela u Luigi Dimech bnew vantaġġ doppju għal San Ġiljan fl-ewwel sessjoni, vantaġġ li komplew jikkonsolidawh tul il-konfront. Id-distakk kiber l-aktar fit-tielet sessjoni biż-żagħżugħ Vito Figliomeni jispikka b’doppjetta. L-uniku konsolazzjoni għal Marsaskala kienet li rnexxielhom jillimitaw id-danni kemm setgħu fl-aħħar sessjoni.

Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar (1), T. Fenech, J. Pace Mizzi (1), J. Simpson (1), R. Greco (1), M. Agius, C. Harrison, K. Grech, G. Sammut (2), J. Ciantar (1), J. Colombo, L. Gatt, N. Spiteri

San Ġiljan: M. Xerri, N. Bonavia, D. Tully (5), G. Bonavia (2), R. Caruana (1), L. Dimech (2), J. Bonavia, V. Figliomeni (2), J. Abela (1), N. Zammit, D. Zammit, N. Schiavone (1), Z. Attard, S. Cutajar

Referees: Luke Galea, Richard Magri

LRDTFKPti
Sliema22004656
San Ġiljan220030136
Neptunes220025216
Sirens211024174
Valletta201128292
Exiles200210200
Birżebbuġa200211370
Marsaskala20027390
*Logħba li tintemm draw, tiġi deċiża bl-għoti tal-penalties. It-tim rebbieħ jieħu 2 punti u t-tim tellief jieħu punt

Logħob li jmiss

Is-Sibt 30 ta’ Novembru: Neptunes v Marsaskala 2.45pm, San Ġiljan v Exiles 3.55pm, Sliema v Valletta 5.05pm, Sirens v Birżebbuġa 6.15pm