Il-President tar-Russja Vladimir Putin qal li r-Russja għandha riserv ta’ missili b’saħħithom li huma lesti għall-użu. Dan ġurnata wara li r-Russja sparat missila ġdida lejn il-belt Ukreni, Dnipro.
Putin qal li l-missila Oreshnik ma tistax tiġi interċettata, b’wegħda li se jkompli jittestja l-missila anke f’kundizzjoni ta’ ġlied. Dan wara li Putin wissa’ li se jkun qed jattakka lil dawk il-pajjiżi li qed jipprovdu l-armamenti lill-Ukrajna.
Din l-eskalazzjoni saret ftit wara li l-President tal-Istati Uniti Joe Biden ta permess lill-Ukrajna biex jisparaw missili ta’ distanza twila lejn ir-Russja, bl-Ukrajna tispara missili tal-Istati Uniti u r-Renju Unit lejn ir-Russja għall-ewwel darba.
Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky sejjaħ lill-mexxejja tal-pajjiżi madwar id-dinja biex jagħtu risposta serja lir-Russja, ħalli Putin iħoss il-konsegwenzi tal-azzjonijiet tiegħu.
//= $special ?>