Il-Kabinett kollu ta’ Robert Abela, mhux iħossu komdu jitkellem dwar il-Ministri Clayton Bartolo u Clint Camilleri.
Din id-darba kien imiss lis-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg, li tibqa’ tinħeba wara l-Kumitat Parlamentari tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika, meta dan l-istazzjon staqsiha dwar jekk hi hux komda li ż-żewġ Ministri li kisru l-istandards u l-etika jkunu preżenti magħha fil-Kabinett.
Dan meta kien il-Kumitat Parlamentari tal-Istandards stess li approva b’mod unanimu dan ir-rapport tal-Kumissarju tal-Istandards.
Rapport li kixef kif Amanda Muscat, il-mara tal-Ministru Clayton Bartolo f’konfoffa mal-Ministru Clint Camilleri ċċaqalqet għal Ministeru għal Għawdex b’paga ta’ €70,000 fis-sena. Dan meta fil-fatt kienet għadha qed tagħmel xogħol ta’ assistenta personali mal-Ministru tat-Turiżmu.
Fl-aħħar jiem kien il-Prim Ministru biss li baqa’ jiddefendi lil Ministri Camilleri u Bartolo tant li qal li l-iskuża ta’ Bartolo kienet suffiċjenti.
//= $special ?>