Internazzjonali

Trump jinnomina lil Bessent biex imexxi d-Dipartiment tat-Teżor

Il-President-elett Donald Trump innomina lil Scott Bessent biex imexxi d-Dipartiment tat-Teżor, wieħed mill-aktar rwoli importanti fil-gvern tal-Istati Uniti hekk kif se jkollu taħt idejh kull ħaġa li għandhom x’jaqsmu t-taxxa, id-dejn, is-sanzjonijiet u l-finanzi internazzjonali.

Bessent, li huwa finanzier ta’ Wall Street, kien appoġġa lil Trump kmieni fil-kampanja tiegħu.

Jidher li Bessent irid jestendi t-tnaqqis fit-taxxa u jiddefendi l-użu tat-tarriffi, li ddeskrivihom utli għan-negozjati.