Lokali

Abela jgħid li l-Gvern tiegħu ta prova ċara li jemmen fil-Governanza Tajba – imma ma jsemmix l-iskandlu ta’ Amanda Muscat

Aktar minn erbgħin minuta diskors u ebda kelma dwar il-fatt li l-Ministri Clayton Bartolo u Clint Camilleri kienu kkundannati mill-Kummissarju tal-Istandards dwar l-iskandlu ta’ Amanda Muscat.

Il-Ħadd filgħodu l-Mexxej Laburista Robert Abela naqas milli jindirizza għal kollox l-aħħar dell li nxteħet fuq il-Kabinett tiegħu matul diskors li indirizza fiċ-Ċentru Laburista fl-Imsida, diskors mifni negattività u attakki partiġjani.

Għal dawn l-aħħar jiem kienu diversi l-għaqdiet, NGOs, imsieħba soċjali, ġurnalisti flimkien mal-Partit Nazzjonalista li appellaw lill-Prim Ministru biex iwettaq dak li hu ġust u mistenni minnu – ċioèli jieħu passi dixxiplinarji fil-konfront tal-Ministri – iżda minflok spiċċa jaċċetta l-apoloġiji sfurzati minn fuq Facebook.

U wara dan kollu, wara li Robert Abela għadu joħroġ għonqu għal ħbieb li għandu fil-Kabinett, irid li l-poplu jemmen li taħtu l-Gvern qed jimxi b’governanza tajba.

U qalb l-attakki partiġjani kontinwi – kemm fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll fil-konfront tal-kamra tal-aħbarijiet tan-Net .

Dan hekk kif Robert Abela għoġbu jattakka lill-ġurnalisti ta’ Net News għaliex kien mistoqsi biex jippreżenta l-istudju li bih iddeċieda li jwaqqaf lill-barranin ġejjin minn pajjiżi terzi milli jaħdmu bħala xufiera tad-deliveries u tal-cabs.

Sal-lum għadna mingħajr studju, sal-lum pajjiżna għadu ma jafx għalfejn Robert Abela waqqaf ħaddiema minn settur u mhux min ieħor.

Dan filwaqt li fi kliem sempliċi l-familji Maltin u Għawdxin għandhom jikkonslaw li anke f’pajjiżi oħrajn hemm it-traffiku filwaqt li ammetta li din se tibqa’ sfida.

Intant, matul id-diskors fost oħrajn tkellem dwar iż-żieda fil-pagi tal-edukaturi madanakollu sfortunatament injora kompletament l-appelli tal-letturi fil-Kulleġġ tal-MCAST li sal-lum għadhom għaddejjin bid-direttivi – għad-detriment tal-letturi nfsuhom flimkien mal-istudenti.