Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qed jibqa’ jaħrab minn intervista one-on-one ma’ Net News.
Minn meta laħaq Prim Ministru erba’ snin u nofs ilu, Abela qatt ma kien disponibbli għal intervista mal-kamra tal-aħbarijiet ta’ Net Television; għad-differenza ta’ kif jimxi kontinwament ma’ kmamar tal-aħbarijiet oħrajn.
Minn wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali – il-Prim Ministru għamel sensiela ta’ intervisti ma’ diversi newsrooms oħrajn.
Madanakollu, sal-lum għadu qed jibża’ jpoġġi ma’ ġurnalist ta’ Net News u jwieġeb għad-domandi li jsirulu mingħajr ma jkun jista’ jaħrab jew jimxi lejn il-karozza.
Matul l-aħħar ġimgħat u xhur Net News staqsa lill-Prim Minsitru nnifsu jekk hux se jkun qed jaċċetta stedina għal intervista li inbagħtet lura f’Awwissu. B’Abela għadu ma aċċettax li joqgħod għal intervista ma’ ġurnalist ta’ Net News fl-aħħar 3 xhur u nofs.
Dan apparti li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech baqa’ miftuħ għal dibattitu dirett ma’ Robert Abela.
Madanakollu Abela f’erba’ snin kemm ilu Prim Ministru kellu biss żewġ xandiriet mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, essenzjalment b’mod mill-aktar sfurzat u kkontrollat mill-Awtorità tax-Xandir kif ukoll tista’ tgħid ta’ bilfors minħabba l-elezzjonijiet.
U f’erba’ snin u nofs qatt ma ssottometta lilu nnifsu għall-iskrutinju ta’ intervista one-on-one ma’ Net News.
Bil-Prim Ministru jibqa’ jaħrab mid-domandi fejn jidhirlu li m’għandux kontroll.
//= $special ?>