Lokali

“Il-politika għan-nies: Futur aħjar u kwalità ta’ ħajja” – Bernard Grech

Ritratt: Martin Agius

“Għandna Gvern li donnu qata’ qalbu li joffri lin-nies ħajja ta’ kwalità tajba. U jidher ċar li l-Prim Ministru ma għanudx rieda jew libertà politika biex iwettaq”

Kien dan li ddikjara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fi djalogu li sar il-Ħadd filgħodu f’Ħal Balzan.

Huwa spjega li Malta għandha Gvern li donnu qata’ qalbu li joffri lin-nies ħajja ta’ kwalità. U jidher ċar li l-Prim Ministru ma għandux rieda jew libertà politika biex iwettaq.

Bernard Grech wiegħed li se jkun qed jindirizza l-problemi f’pajjiżna fosthom dik tat-traffiku.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fakkar ukoll fin-nuqqas ta’ ppjanar li għandu Gvern Laburista – b’eżempju wieħed ikun dak tal-Mosta fejn, il-Gvern qed jagħmel ta’ rasu, minkejja l-konsultazzjoni li saret minn kunsill Nazzjonalista mar-residenti Mostin.

Bernard Grech li tefa’ d-dawl fuq id-diversi skandli li ħakmu lill-Gvern Laburista fosthom fuq l-iskandlu tal-aħħar ‘Amanda Muscat’, hekk kif spjega li kien uffiċjal tal-AWAS li nstab ħati li abbuża minn flus il-poplu.

Iżda l-Ministri Clayton Bartolo u Clint Camilleri, qed jitħallew fil-pożizzjoni tagħhom mill-Prim Ministru Robert Abela, minkejja li ukoll abbużaw minn fondi pubbliċi.

Huwa fid-dawl ta’ dan li Bernard Grech qal li huwa żmien il-bidla.

Kien il-Kap tal-PN li wiegħed li Gvern ġdid Nazzjonalista se jinvesti fil-pajjiż, fl-infrastruttura, fil-konettività bejn Malta u Għawdex u fin-negozji.

Bernard Grech illi spjega wkoll li huwa mportanti li l-pajjiż japprezza lin-negozji, anke lil dawk żgħar li ħafna mid-drabi jkunu mmexxijin mill-familji.

Fejn wiegħed li Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed inaqqas it-taxxa għall-kumpaniji se tkun qed tonqos għall-15% minn 25%.