Lokali Qorti

Jinżamm arrestat b’rabta ma’ pussess ta’ droga f’Paceville

Maċedonjan ta’ 35 sena nżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi l-Ħadd filgħodu akkużat bi traffikar ta’ droga.

Il-barrani ġie arrestat il-Ġimgħa filgħaxija f’Paceville wara li allegatament inqabad ibigħ droga kokaina qrib stabbiliment ta’ divertiment f’Paceville.

Minn tfittxijiet li saru mill-Pulizija rriżulta li l-akkużat intlemaħ fi Triq il-Wilga, f’San Ġiljan, fejn instab li kellu madwar 62 qratas ta’ droga kokaina.

Minn iżjed tfittxijiet li saru mill-Pulizija fir-residenza u fil-karozza tal-akkuzat f’San Pawl il-Baħar, instabu li ġew elevati iżjed oġġetti relatati mad-droga.

Fil-Qorti, ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi ta’ pussess aggravat ta’ kokaina, bejgħ qrib zoni taż-żgħażagħ, u li ħadem bla liċenzja bħala uffiċjal tas-sigurtà.

Minkejja dan, id-difiza ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest u l-akkużat inżamm taħt arrest.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-avukat Maria Francesca Spiteri mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Mark Cremona, waqt li għall-akkużat dehru l-avukati Shazoo Ghaznavi u Jessica Formosa.