Raġel ta’ 48 sena residenti Ħal Qormi inżamm taħt arrest wara li ġie mixli li hedded lil martu, fosthom billi allegatament qalilha li “jaf in-nies biex jeliminawha”.
L-akkużat deher quddiem il-Magistrat Kevan Azzopardi, fejn fil-Qorti nqtal li l-koppja ilha miżżewġa għal 18-il sena u jgħixu għand omm ir-raġel fil-Ġżira.
L-argument allegatament inqala’ wara li r-raġel oppona bejgħ ta’ dar li l-koppja għandha fil-Filippini.
Filwaqt li wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest, billi sostniet li għad trid tinstema’ x-xhieda tal-mara.
Għaldaqstant il-Maġistrat ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
//= $special ?>