Colin Schembri
Athleta………………..47
Starlites JSD………..63
(6-14)(12-16)(16-11)(13-22)
Starlites JSD kisbu t-tieni rebħa fil-kampjonat hekk kif għelbu lil Athleta 63-47. Ħlief għall-ewwel attakk, Starlites kienu dejjem minn fuq għalkemm kien fl-aħħar sessjoni li ħadu vantaġġ komdu. Starlites kienu konsistenti tul il-logħba kollha, filwaqt li Athleta minkejja li taw reazzjonijiet qosra sabu diffikulta biex jippenetraw id-difiża ta’ Starlites. Starlites fetħu l-logħba b’run ta’ 10-2 bi trippli ta’ Sasha Lecuyer u Mikela Riolo flimkien mal-baskets ta’ Makaila Napoleon. Athleta wieġbu permezz ta’ Kennedi Williams u Nicole Vella però Starlites għalqu l-ewwel sessjoni fuq quddiem 14-6. Starlites bdew it-tieni it-tieni sessjoni bil-punti ta’ Michela Zammit Cordina bi trippla. Wara punti ta’ Camila Londono u Britney Agius għall-Athleta, Starlites wieġbu b’run ta’ 9-3 grazzi għal Zammit Cordina u Napoleon. L-aħħar punti tat-taqsima ġew minn Agius u Chantelle Caruana għal skor ta’ 30-18.
Fit-tielet perjodu, Athleta naqqsu d-distakk permezz ta’ Kaya Abela u Williams għalkemm Starlites kellhom risposta minn Napoleon u Mikela Riolo. Għal xi ħin iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex Starlites żammew vantaġġ ta’ 13 -il punt 39-26. Athleta kellhom mument tajjeb lejn tmiem is-sessjoni b’run ta’ 8-2 biex naqqsu d-distakk għal seba’ punti 34-41. Fl-aħħar perjodu, Athleta fetħu b’basket minn Julia Cipriott però Starlites wieġbu b’run qawwija ta’ 20-3 grazzi għal diversi punti minn Zammit Cordina, Catherine Cilia, Ylenia Ferrando u Napoleon biex marru 61-39 minn fuq u baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem u ħarġu rebbieħa 63-47.
Athleta: K. Williams 11, B. Agius 8, N. Vella 5, M. Cassar Pickard, F. Sant 1, J. Cipriott 10, C. Londono 7, Ke. Abela, C. Caruana 2, Ka. Abela 2, L.Camilleri 1, L. Mercieca.
Starlites JSD: S. Lecuyer 2, M. Riolo 7, C. Cilia 5, P. Riolo 2, M. Zammit Cordina 13, C.Vella, L.M. Zammit, M. Napoleon 24, F. Vella 2, Y. Ferrando 4, C. Curmi, Y. Bonett 4.
Referees: Fiorentina Ciurariu, Daniel Farrugia.
Caffè Moak Luxol…………66
Bettson Depiro……………..60
(12-15)(13-19)(18-7)(15-17)(8-2)
Caffè Moak Luxol u Depiro offrew logħba intensa li spiċċat bil-ħin barrani. Luxol ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 66-60 għalkemm Depiro kellhom vantaġġ ta’ 13 -il punt f’nofs it-tieni sessjoni u daħlu jistrieħu 9 minn fuq. Għal Luxol, li kienu mingħajr Sarah Pace, kien hemm wirja oħra mill-aqwa tal-Amerikana Brandi Huffhines, li kellha xejn anqas minn disa’ trippli fil-waqt li l-Amerikana ta’ Depiro Janai Crooms kellha bidu tajjeb ferm però kienet kontrollata mid-difiża ta’ Luxol mill-intervall ‘l quddiem. Il-logħba bdiet b’mod kajman bil-Luxol jieħdu vantaġġ ta’ 3 punti sar-raba’ minuta 7-4. Il-punti ta’ Crooms għenu lil Depiro jieħdu vantaġġ żgħir, b’mumenti tajbin ukoll minn Julia Borg Xerri. Luxol kellhom reazzjoni grazzi għal Sarah Fenech Pace u t-tieni trippla ta’ Huffhines, iżda Depiro temmew il-perjodu fuq quddiem 15-12. Fit-tieni sessjoni, Depiro kabbru l-vantaġġ tagħhom grazzi għal run ta’ 13-2 b’diversi punti minn Crooms flimkien ma’ trippla ta’ Neve Borg. Luxol ippruvaw jirrispondu b’punti minn S. Fenech Pace u żewġ trippli oħra minn Huffhines iżda Depiro daħlu jistrieħu 34-25 minn fuq.
Luxol ħarġu b’aktar determinazzjoni fit-tielet taqsima, tant li bdew b’run ta’ 13.-1. Huffhines kellha mument tajjeb b’diversi punti inkluż trippla li ġabet l-iskor indaqs 35-35 u komplew bil-punti ta’ Diaby u Fenech Pace. Depiro wieġbu permezz ta’ Borg u Kristy Galea iżda Luxol baqgħu żewġ punti fuq quddiem 43-41. Fl-aħħar perjodu, Luxol żammew il-vantaġġ grazzi għal Huffhines, Anna Fenech Pace u Diaby u fis-seba’ minuta kienu 7 punti minn fuq 55-48. Depiro ma ċedewx u għamlu run ta’ 10-2 għal skor ta’ 58-58, u l-partita daħlet fil-ħin barrani. Hawn kienu Luxol li bdew l-aħjar b’5 punti mingħajr risposta. Depiro kellhom biss żewġ free-throws f’din it-taqsima fil-waqt li Luxol kellhom fost l-oħrajn trippla ta’ Huffhines u basket ta’ Gwen Carabott biex ħarġu rebbieħa 66-60.
Caffè Moak Luxol: G. Carabott 4, L. Fenech Pace 2, N. Vella, E. Abela, S. Fenech Pace 8, J. Diaby 12, B. Huffhines 34, V. Baldacchino, S. Sciberras 2, R. Fenech Pace, R. Naudi, A. Fenech Pace 4.
Bettson Depiro: J. Borg Xerri 8, J. Magri, J. Mallia, L. Sciberras, N. Agius, C. Ciantar 5, J. Borg 2, N. Borg 7, K. Galea 6,J. Borg Cardona 9, H. Farag 5, J. Crooms 23.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Miguel De Flavia.
Valletta Lioneses………..50
Hibernians………………….60
(11-15)(5-9)(20-20)(14-16)
Hibernians ħadu l-ewwel rebħa fil-kampjonat meta għelbu lil Valletta 60-50. Hibs kellhom lura lil Maria Bonett fil-waqt li Valletta rkupraw lil Sabrina Abugrin li tilfet l-aħħar partita tagħhom. Hibs għamlu l-ewwel punti tal-partita permezz ta’ Mikayla Brandon u Kristy Caruana. L-ewwel risposta ta’ Valletta ġiet minn trippla ta’ Janea Barnes flimkien ma’ Alexia Parnis. Barnes għamlet trippla oħra biex poġġiet lil Valletta fuq quddiem però Hibs ukoll wieġbu bi three pointer ta’ Steffi De Martino. Sa’ tmiem it-taqsima, Hibs għaqqdu break qasir ta’ 6-3 għal skor ta’ 15-11. Il-punti naqsu fit-tieni perjodu fejn Hibs bdew b’sebgħa mingħajr risposta fosthom żewġ baskets ta’ Marie Buhagiar. Barnes u Abugrin wieġbu għal Valletta però fl-intervall Hibs kienu għadom 8 punti minn fuq 24-16.
Wara l-intervall kien hemm baskets fuq kull naħa biex il-Pawlisti żammew vantaġġ ta’ 11 –il punt. Valletta għaddew biex għamlu run ta’ 8-0 b’żewġ trippli ta’ Milica Stefanovic bil-coach ta’ Hibs Winnie Buhagiar kostretta tieħu time-out. Valletta komplew jersqu viċin tant li basket minn Abugrin ġabhom basket ‘l bogħod 34-35 qabel ma Hibs għamlu run ta’ 9-2 bil-punti ta’ Bonett, Saliba u De Martino għal skor ta’ 44-36. L-aħħar sessjoni fetħet b’run oħra ta’ Hibs ta’ 11-0 fejn kien hemm fost l-oħrajn żewġ trippli ta’ Brandon. Valletta tilfu lil Stefanovic wara t-tieni foul maġġuri u minkejja risposta minn Barnes u Nicole Caruana, Hibs fetħu vantaġġ ta’ 19 –il punt f’nofs is-sessjoni 59-40. Valletta tħabtu biex jirkupraw tant li għamlu run ta’ 10-1 però kienu għadhom ‘l bogħod mill-avversarji biex Hibs ħarġu rebbieħa 60-50
Valletta Lionesses: A. Parnis 4, J. Barnes 20, S. Abugrin 9, J. Apap Brown, M. Stefanovic 6, N. Caruana 4, M. Momcilovic 3, M. Mifsud, A. Nikishina 2, H. Grixti, N. Montalvo, T. Nikishina 2.
Hibernians: M. Brandon 18, M. Buhagiar 4, E. Farrugia, E. Cassar, A. Saliba 9, J. Abela 5, M. Bonett 5, S. De Martino 9, K. Calleja 2, N. Farrugia 2, K. Caruana 4, J. Dabic 2.
Referees: Nicky Azzopardi, Miguel De Flavia
//= $special ?>