Futbol Sport

‘Mhux faċli tmur tilgħab barra minn Malta speċjalment dak iż-żmien’ – Maria Coppola

Intervista mal-eks plejer Maria Coppola

Neil Camenzuli

Q1: Maria, inti kellek karriera stupenda fejn kemm il-darba rrepreżentajt lil Malta fuq livell Internazzjonali, kif ukoll lagħabt barra minn xtutna ma bosta timijiet, u kont waħda mill-ewwel plejers nisa Maltin li għamlu hekk. X’tista tgħidilna fuq dawn l-esperjenzi u d-diffikultaijiet li sibt biex tagħmilhom?

T1:   Iva, għamilt żmien sotanżjali nilagħab barra meta kont iżgħar. Minn dejjem kelli xewqa li nilagħab barra minn xtutna, niftakar kont immur nilagħab il-grawnd tal-infetti ma’ missieri, biex imbagħad fl-1994 beda jsir il-kampjonat tas-7 asides l-Infetti u kien ikun organizzat mill-MFA. Jien kont dħalt f’dan il-kampjonat u darba minnhom inżerta kien hemm scout, u ħarġitli partita tajba u offrili li mmur nilagħab l-Oklohama fl-Istati Uniti. Fl-Istati Uniti l-livell tal-futbol tan-nisa kien diġa għoli hekk kif fl-1991 kienu huma li ħadu t-Tazza tad-Dinja ġewwa ċ-Ċina. Il-karriera tiegħi fl-Istati Uniti damet 4 snin u lgħabt f’livell għoli ħafna, ovvjament ma kienitx faċli għalija hekk kif kienet xi ħaġa ġdida u diffiċli u għamilt dan il-pass meta kelli biss 19-il sena barra minn hekk, kont l-ewwel Mara Maltija li mort nilagħab il-futbol barra minn pajjiżna.

Rigward it-tim Nazzjonali Malti, ma lħaqtux ħafna dan hekk kif it-tim Nazzjonali sar uffiċjali meta jien diġa kelli 29 sena. Madankollu l-ftit partiti li lgħabt, fosthom kontra r-Rumanija u l-Bosnja kienu esperjenza sabiħa għalija ukoll.

Q2: Riċentament int irritornajt tilagħab fuq livell lokali, speċifikament fil-Futsal, anke wara li kellek xi problemi mediċi. Kif qed issib ir-ritorn tieghek, u x’hemm differenti minn meta kont tilgħab fuq livell professjonali?

T2: Hekk hu, riċentament irritornajt fix-xena lokali. Ovvjament ma kienx pass faċli għalija hekk kif ninsab fost l-ikbar veterani fil-futsal lokali. Il-futsal huwa totalment differnti mill-futbol, hija logħba mgħaġġla li trid titla’ u tinżel kontinwament, jirrikjedi li minkejja l-eta’ toqod attenta x’tiekol u tagħmel it-taħriġ sew, inkella ma tlaħħaqx.

Ovvjament kelli ukoll problemi ta’ saħħa f’dawn l-aħħar snin, pero għal grazzja t’alla rnexxieli negħleb dawn l-isfidi u nkompli nagħmel dak l-inħobb. F’dawn l-aħħar ġimgħat anke sofrejt injury żgħira, pero qed nimmira li nirritorna fil-ġimgħat li ġejjien.

Il-futsal lokali qed nara li qed issir ħafna titjib fih, u ħawn bosta plejers kemm Maltin kif ukoll barranin li qed jersqu iktar qrib dan l-isport, li hija xi ħaġa sabiħa fl-opinjoni tiegħi.

Q3: Apparti issa li tilgħab il-Futsal, f’hiex inti involuta ukoll fix-xena lokali tal-futbol?

T3: Apparti l-futsal jien ukoll nikkowċja lit-tfal. Hija sfida differenti milli tilagħab, u meta tieqaf minn plejer u tmur kowċ il-bidla m’hijiex faċli Tirrikjedi ħafna pjannar, dedikazzjoni u paċenzja, kif ukoll tkun tħobb tgħallem lil min hu iżgħar minnhekk. Mhux kull eks plejer huwa kapaċi jagħmel din il-bidla, pero jien kuntenta li qed nagħmel dan ix-xogħol.

Q4: U biex nikkonkludi, appel wieħed liż-żagħżagħ Maltin, speċifikament lil bniet li jixtiequ jkomplu l-karriera fil-futbol?

T4: Illum il-ġurnata l-affarijiet inbiddlu, hawn ħafna iżjed għarfien fuq kemm hu importanti l-isport, mhux biss għas-saħħa fiżika, iżda għas-saħħa mentali, għall-iżvogg, kif ukoll mill-att soċjali. Illum iż-żagħżagħ huma iżjed mogħbijin b’xogħol u studju, madankollu l-isporrt huwa importanti ukoll u jien napella liż-żagħżagħ kollha, mhux biss lil bniet u lil dawk li jħobbu l-futbol, biex jibdew jew ikompli jitħarġu kwalunkwe ta’ sport u jaħdmu fuq il-bilanċ tal-ħajja.