Raġel ta’ 52 sena ta’ nazzjonalità Maltija ġie arrestat fi Franza wara li kien involut f’inċident fatali fuq l-A26 qrib Gavrelle, fi Franza stess. L-inċident, li seħħ is-Sibt li għadda, ħalla mara ta’ 42 sena u ż-żewġ uliedha ta’ 8 u 10 snin mejta. Huwa ġie miżmum f’detenzjoni proviżorja wara li rriżulta li kien qed isuq taħt l-influwenza tad-drogi.
Skont il-prosekutur pubbliku f’Arras, il-karozza tas-sewwieq Malti ħabtet minn wara mal-vettura tal-familja, u dan wassal għall-konsegwenzi traġiċi. It-tossiċoloġija kkonfermat il-preżenza ta’ drogi fid-demm tiegħu, għalkemm in-natura speċifika tas-sustanzi għadha mhux magħrufa.
//= $special ?>