Matul il-jum tal-Ħadd, fi Pjazza La Valette, fil-Belt Valletta, saret wirja ta’ karozzi u muturi statiċi Taljani, fejn kien hemm preżenti numru ta’ organizzaturi, parteċipanti u membri mill-pubbliku li attendew għal din il-wirja.
Din il-wirja kienet organizzata minn The Lions Club Mdina-Malta b’kollaborazzjoni ta’ The Classic Fiat 500 Group Malta, Malta Moto Guzzi Club 2009 u l-Vespa Club Malta b’risq il-Caritas Malta.
Net News kien preżenti għal din il-wirja, fejn tkellimna mal-President ta’ The Lions Club Mdina-Malta, Judith Debono, li saħqet fuq l-importanza ta’ din il-wirja ta’ karozzi u muturi statiċi għal karità.
Tkellimna wkoll ma’ Carolyn Bezzina, waħda mill-organizzaturi ta’ din il-wirja, li spjegat l-għan ta’ din l-esebizzjoni.
Net News tkellem ukoll ma’ Christopher Borg, li huwa ta’ fiduċjarju ta’ The Classic Fiat 500 Group Malta u flimkien ma’ Noel Fsadni, li huwa l-President ta’ Malta Moto Guzzi Club 2009.
Intant, din il-wirja li seħħet matul il-jum tal-Ħadd, tat l-opportunità lill-pubbliku sabiex jaraw u jaduraw esebizzjoni ta’ karozzi u muturi Taljani.
//= $special ?>