Il-passiġġiera u membri tal-ekwipaġġ ħelsuha ħafif wara li l-ajruplan Russu li kienu fuqu ġie fjamma nar mal-mument li miss mal-mitjar tal-ajruport ta’ Antalya.
L-ajruplan telaq minn Sochi b’89 passiġġier u sitt membri tal-ekwipaġġ, bil-pilota sejjaħ għall-għajnuna ftit wara li niżel fil-mitjar għall-ħabta tad-9:34 pm, ħin lokali hekk kif il-magna ħadet in-nar.
Ħaddiema tal-ajruport u membri tal-protezzjoni ċivili marru minnufih fil-post fejn ikkontrollaw in-nirien b’riżultat li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
//= $special ?>