Lokali

F’sena ddaħħlu f’pajjiżna 26,720 ħaddiem minn barra l-Ewropa

26,720.

Daqsekk daħħlu ħaddiema minn barra l-Ewropa f’sena.

Dan irriżulta minn mistoqsija parlamentari li għamel ix-Shadow Minister Jerome Caruana Cilia lil Byrone Camilleri, il-Ministru għall-Intern is-Sigurtà u x-Xogħol.

Cauana Cilia staqsa fil-Parlament kemm bdew jaħdmu persuni barranin f’pajjiżna matul l-2023? Kemm minnhom kienu minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u kemm kienu minn pajjiżi terzi?

Il-Ministru Camilleri wieġeb li matul l-2023 kien hemm 26,720 third country national li bdew jaħdmu għall-ewwel darba f’pajjiżna. Din l-informazzjoni ma tinkludix persuni oħra barranin li matul is-sena ma baqgħux jaħdmu jew telqu minn pajjiżna.