Gvern Laburista hu garanzija ta’ frodi biss u frodi spiss. Id-differenza hi biss fil-mod kif Robert Abela iġib ruħu ma’ min ikun wettaq il-frodi.
Abela qed jibqa’ jiġġustifika lil Clayton Baratolo u Clint Camilleri minkejja li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kixef kif l-ingaġġ ta’ mart Clayton Bartolo bħala konsulenta fil-Ministeru ta’ Clint Camilleri kien ingaġġ fantażma, u li mart Clayton Bartolo ma kinitx bagħtet imqar email waħda lill-Ministru Clint Camilleri meta din suppost kienet qed tagħtih il-konsulenzi.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata miż-żewġ Deputati tal-Oppożizzjoni fuq il-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika Mark Anthony Sammut u Ryan Callus, il-Partit Nazzjonalista qal li Robert Abela komdu jigdeb biex jiddefendi lil min jisraq lill-poplu, minflok jara kif se jneħħi lill-Minisitri Bartolo u Camilleri, u li Abela qed jistenna d-deċiżjoni tal-Kumitat għall-istandards minflok jaġixxi hu u jagħmel dak li hu diċenti.
Il-Partit Nazzjonalista qal li ħadd ma jista’ jagħmel xogħol Robert Abela.
La Clayton Bartolo u Clint Camilleri ma fadlilhomx farka rispett lejn il-poplu u ma kinux kapaċi jagħmlu dak li hu mistenni minnhom, għandu jkun il-Prim Ministru li jkeċċi lil dawn iż-żewġ Ministri.
Jekk irid juri x’inhi irġulija, Robert Abela għandu jagħżel lill-poplu u mhux lil sħabu li qed jiffrodawh.
Fid-dawl tal-frodi mwettqa mill-Ministri Clayton Bartolo u Clint Camilleri, il-Partit Nazzjonalista tella’ għadd ta’ billboards madwar Malta li juru lil Robert Abela u l-kliem Frodi biss, frodi spiss – u bi Clayton Bartolo u martu, u Clint Camilleri fl-isfond.
//= $special ?>