Ħamrun SC Futsal kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun wara li għelbu lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena 8-5.
Wara li kisbu vantaġġ komdu ta’ 5-0 fl-ewwel fażijiet tal-logħba, il-Ħamruniżi rrilassaw xi ftit biż-żgħażagħ Maltin li kellhom iċ-ċans li jnaqqsu l-marġni tal-iskor.
Braham Garcia Espinosa skorja tripletta filwaqt li Habib Issa, Andres Felipe Aguilera, Kurt Darmanin, Hamza Harrat u awtogowl ta’ Aiden Buhagiar ukoll niżżlu isimhom fost l-iskorers għall-Ħamruniżi.
Is-selezzjoni Maltija kellhom lil Luca Suda u Luke Spiteri awturi ta’ doppjetta kull wieħed filwaqt li Luca Felice skorja gowl ieħor.
Ir-referees kienu Clinton Cassar u Marco La Rosa.
KLASSIFIKA – ENEMED FUTSAL LEAGUE
Luxol St Andrew’s, Ta’ Xbiex 12; Swieqi United , University of Malta, Marsaskala Legends 9; Selezzjoni Maltija U19, Ħamrun SC NCMB 6; Gżr Birżebbuġa St Peter’s Futsal 3, Selezzjoni Maltija U17 0.
//= $special ?>