Il-Kunsill Laburista ta’ Ħal Qormi, oġġezzjona għall-applikazzjoni li hemm quddiem l-Awtorita’ tal-Ippjanar (PA/07217/24), rigward il-lukanda ta’ tliet stilel fl-akwata magħrufa bħala tal-Blat, preċiżament bejn Triq il-Blata u Triq Dun Rene’ Cilia, wara l-kappella ta’ Santa Marija.
L-inħawi msemmija kienu minn dejjem l-aktar post kwiet fir-raħal, bil-kappella taż-żmien 1600 u ftit nies jgħixu, li ħafna minnhom kienu bdiewa. Għalhekk importanti li wieħed mill-ftit postijiet kwieti fir-raħal nħalluh igawdi l-awtentiċi tiegħu.
Il-Kunsill Lokali qal li ma jaqbilx ma’ din l-applikazzjoni u dan għaliex is-sit fejn qed tiġi proposta din il-lukanda hija zona sensittiva u zona residenzjali. Għalhekk lukanda li n-natura tagħha stess hija negozju tal-ospitalità, ma tistax issir f’zona residenzjali, u dan għaliex hija illegali u tmur kontra l-pjanijiet lokali ta’ din l-akwata.
Il-Kunsill Lokali b’maġġoranza Laburista qal ukoll li qiegħed ukoll jopponi l-applikazzjoni li hemm pendenti sabiex minn art agrikola u tajba tiġi mibdula fi Triq. Dan qed isir peress li l-ftit pulmun li baqa’ f’Ħal Qormi, ser ikompli jitnaqqar u jispiċċa.
//= $special ?>