Pilota tilef ħajtu u persuna oħra ttieħdet fi sptar wara li ajruplan tal-merkanzija baqa’ dieħel f’dar ta’ żewġ sulari qrib l-ajruport ta’ Vilnius, il-Litwanja.
L-ajurplan, Boeing 737, telaq minn Leipzig, il-Ġermanja u kien qed jiġi operat minn Swiftair meta għal xi raġuni baqa’ dieħel f’dar, f’każ li seħħ dalgħodu.
Membri tal-emerġenza, inkluż dawk tal-protezzjoni ċivili, marru fil-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni u n-nirien li żviluppaw. Il-vittmi ttieħdu minnufih lejn sptar viċin, b’persuna minnhom tilfet ħajjitha ftit tal-ħin wara.
L-ajruplan ħabat fid-dar li tinsab daqs 1.5 kilometri ‘l bogħod mill-mitjar.
//= $special ?>