Amanda Muscat fl-ebda mument ma ċaħdet li ħadet €50,000 bħala kickback iżda fl-istess waqt ma għamlet ebda apoloġija għall-allegat tixħim u paga li tlaħħaq l-eluf ta’ ewro ta’ xogħol ta’ konsulenza li m’għamlitx.
Dan meta ġurnalist ta’ sidestreetmalta daħal fir-restorant tal-mara li issa hi tal-Eks Ministru Clayton Bartolo jistaqsi jekk li qed jingħad hux kollu minnu, u jekk hux se twassal apoloġija.
Iżda aktar minn hekk, il-ġurnalist beda jistaqsi jekk hux se tkun qed tirritorna l-flus lura, b’Amanda Muscat twieġeb li iva se tkun qed tirritornahom.
Ammissjoni ċara u tonda ta’ ħtija mal-ġurnalist la darba kkonfermat li se tkun qed trodd lura l-flus.
Madanakollu, viżibbilment taħt pressjoni kbira, Muscat ma ċaħdet fl-ebda mument li rċeviet eluf ta’ ewro f’tixħim iżda minflok stiednet lill-ġurnalist għal kafè.
//= $special ?>