Rapporti qed jindikaw li Clayton Bartolo rriżenja minn Ministru tat-Turiżmu. Dan wara l-pressjoni kbira li saret mill-Kap tal-PN Bernard Grech minn mindu faqqa’ l-iskandlu tal-frodi li wettqet martu minn flus il-poplu, u l-pressjoni tal-korpi kostitwiti u l-għaqdiet tal-istudenti – skandlu li wassal ukoll għall-protesti tan-nies, li esprimew il-frustrazzjoni tagħhom għall-mod kif il-Prim Ministru baqa’ jiddefendi lill-Ministri involuti.
Aktar tard, il-Prim Ministru stqarr li kien hu li keċċa lil Bartolo minħabba li ħierġa storja oħra fuq l-Eks Ministru.
Clayton Bartolo kien ilu jiem sħaħ jgħid li r-Rapport tal-Kummissarju tal-Istandards ma sabux ħati, u baqa’ jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu. Iżda issa, spiċċa kellu jċedi għall-pressjoni li saritlu. B’sorsi jindikaw li anke fil-Kabinett kien hemm grupp żgħir ta’ Ministri li verament kienu irrabjati għall-mod kif l-ewwel ta job lill-mara tiegħu, imbagħad poġġeiha konsulent mal-Ministru sieħbu, Clint Camilleri.
Interessanti l-fatt li l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ma tkellem xejn wara li faqqgħet din l-aħbar.
//= $special ?>