BREAKING NEWS Lokali

Clayton Bartolo jibqa’ jgħid li kien hu li ta r-riżenja tiegħu, u mhux tkeċċa

Fl-ebda ħin ma rringrazzja lil Robert Abela

Gvern fi kriżi. Partit li tilef siġġu Parlamentari. Robert Abela prova jimplika li keċċih. Clayton Bartolo qed jgħid li kien hu li irriżenja minn Ministru.

Hija din il-konfużjoni li inħolqot fil-Labour fl-aħħar sigħat, b’diversi klikkek iduru għal xulxin wara li l-Prim Ministru dam jiem sħaħ jiddefendi lil Clayton Bartolo. Dan filwaqt li ta ‘Super-Ministry’ lid-Deputat Prim Ministru Ian Borg.

U minkejja li Robert Abela ta x’jifhem li kien hu li neħħa lil Bartolo mill-Grupp Parlamentari tiegħu, l-eks Ministru qed jibqa’ jinsisti li kien hu li rriżenja.

F’post fuq Facebook, Bartolo ftaħar bix-xogħol li għamel għas-settur turistiku. Iżda fl-ebda ħin ma rringrazzja lill-Prim Ministru għall-fiduċja li wera fih fl-aħħar snin.

Bartolo m’għamel ebda referenza lanqas għall-fatt li neħħewħ mill-Grupp Parlamentari Laburista.