L-iskwadri tas-sigurtà qed jistennew aktar inkwiet fil-qalba tal-kapitali, Islamabad, li, bħalissa, qed timtela bid-dimostranti li jridu li l-eks Prim Ministru Imran Khan jinħeles mill-ħabs.
Il-membri tal-Armata, intant, sparaw il-gass tad-dmugħ fuq il-folol huma u javvanzaw lejn il-pjazza ewlenija viċin il-bini tal-Gvern u bis-sitwazzjoni tas-sigurtà tidher pjuttost imwiegħra.
Imran Khan qed jiskonta tlett snin ħabs għall-korruzzjoni u meta hu għadu jinsisti dwar l-innoċenza tiegħu. Hu, issa, qed isejjaħ biex il-partitarji tiegħu jibqgħu fil-kapitali sakemm il-Gvern Pakistsni jaċċetta d-domandi tagħhom.
Dan waqt li Islamabad jinsab taħt ‘lockdown’ u bl-awtoritajiet jissospendu s-servizzi tal-mowbajl u l-internet f’diversi nħawi. Intant, mijiet inżammu taħt arrest mindu bdew id-dimostrazzjonijiet favur Khan, fi tmiem il-ġimgħa.
//= $special ?>