Lokali

Il-Protezzjoni Ċivili fl-Immakulata Kunċizzjoni

Il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta ser jieħdu sehem fil-festa liturġika tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun fuq stedina tal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni.

Din hija xi ħaġa ġdida għalM alta izda mhux fl-Italja fejn il-Papa kull sena jippreżenta kuruna ta’ ward lill-Marija Immakulata fi Pjazza di Spagna. Din it-tradizzjoni ilha ssir għal ħafna snin u issa nistgħu ngħidu li ser tiġi mibdija fil-Ħamrun ukoll.

Il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta ser jippreżentaw kuruna ta’ ward lill-Madonna li tinsab fuq il-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni, fi Triq Manwel Magri, il-Ħamrun.

Kulħadd huwa mistieden għal dan l-avveniment il-Ħadd 8 ta’ Diċembru fl-10.15am. Wara jkun hemm bibita għal kulħadd mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni fi Pjazza Kappillan Muscat, quddiem il-każin.