Lokali

“Li jitlaq Bartolo mhux biżżejjed – għandu jneħħi lil Clint Camilleri” – Bernard Grech

Wara ġimgħat jiddefendu l-frodi u wara ħafna tkaxkir tas-saqajn, illum kellna u-turn oħra u Clayton Bartolo ċeda għall-pressjoni u telaq minn Ministru. Azzjoni tard u nofs kedda meħuda biss għaliex il-poplu ngħaqad kontra l-frodi ta’ Robert Abela u l-Gvern tiegħu.

Hekk stqarr il-Kap tal-PN Bernard Grech, hekk kif fl-aħħar sigħat insista li jitlaq Clayton Bartolo mhux biżżejjed. “Apparti li jridu jirritornaw is-€70,000 kollha, Robert Abela għandu obbligu li jneħħi immedjatament lil Clint Camilleri li hu ħati ta’ frodi u cover-up.”

Bernard Grech sostna li ġrajjiet bħal tal-lum ġraw biss għax il-poplu ngħaqad kontra l-ħażen tal-Gvern. “Għalhekk inħeġġeġ biex inkomplu ningħaqdu bħala poplu wieħed flimkien biex naraw li jkun hemm Gvern ġdid li jwaqqaf dan il-frodi biss, frodi spiss. Il-poplu jirbaħ żgur.”