Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Jake Vella anki wara mewtu baqa’ ispirazzjoni għal kulħadd” – Fabio Spiteri

"L-isport jgħinek mhux biss fiżikament imma bil-wisq aktar mentalment" - Fabio Spiteri matul PROFILI

Matul il-programm ta’ PROFILI tal-lejla, il-profil se jkun Fabio Spiteri, atleta li bil-perseveranza, id-determinazzjoni, u l-qalb tad-deheb tiegħu, sar ikona f’Malta u lil hinn minnha. Mill-ġiri għall-għawm, għat-triathlons, u saħansitra l-isfidi epiki tal-ultra-endurance, Fabio mhux biss huwa xempju ta’ qawwa fiżika iżda wkoll xempju tal-kuraġġ mentali u l-imħabba għall-avventura.

Matul il-programm se ssir diskussjoni dwar l-isfidi li wettaq, kif ukoll x’jagħmel atleta tajjeb.

Fis-siegħa flimkien, Fabio Spiteri se jkellimna wkoll dwar ir-relazzjoni li kellu ma’ Jake Vella, l-esperjenzi li kellhom flimkien u fuq kollox il-ħbiberija.

“Jake, anki wara mewtu baqa’ persuna li jiddefinixxi l-imħabba u l-perseveranza”

Ma’ Fabio mhux biss se nitkellmu dwar id-dixxiplina fl-isport, imma wkoll id-dixxiplina matul il-ħajja, dan apparti wkoll il-ħidma filantropika li spiss iwettaq għall-annimali fil-bżonn.

PROFILI bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela, illejla fit-8.30pm fuq NET TV.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.