Il-Prim Minsitru Robert Abela mhux f’pożizzjoni li jelimina kull dubju li m’hemm ħadd aktar mill-Kabinett tiegħu involut f’xi tip ta’ skandlu ieħor.
Dan hekk kif it-Tlieta waranofsinhar Net News staqsa lil Mexxej Laburista biex iserraħ moħħ il-poplu li m’hemm ħadd aktar minn sħabu involut f’xi tip ta’ skandlu wara l-aħħar żviluppi b’rabta ma’ Clayton Bartolo u l-mara tiegħu Amanda Muscat.
Madanakollu Abela għoġbu jżomm fommu sieket u jaħrab milli jwieġeb.
Minkejja kollox, minkejja l-appelli ta’ diversi għaqdiet, NGOs, imsieħba soċjali u l-Partit Nazzjonalista – Robert Abela qed jibqa’ joħroġ għonqu għal Ministru Clint Camilleri.
Dan minkejja l-promotion li kienet ngħatat lil Amanda Muscat fil-Ministeru għal Għawdex b’paga ta’ €70,000…mingħajr ma kienet qed tagħmel ix-xogħol rikjest minnha.
U filwaqt li jinsab deċiż li jibqa’ jżomm lill-Ministru Camilleri miegħu, fi kliem il-Prim Minsitru saħansitra li kieku ma kienx għal xogħol il-ġurnalisti bl-aktar mod ċar sClayton Bartolo għadu jifforma parti mill-Gvern.
Mistoqsi kif jista’ jkun kredibbli mal-poplu wara li ilu jiem sħaħ jiddefendi lil Bartolo, Robert Abela qal li ħa l-passi wara l-aħħar skandlu, deċiżjoni li fl-opinjoni ta’ uħud meħuda tard wisq – aktar u aktar għaliex għadu tal-fehma li b’rabta mas-€70,000 paga m’għandu jirriżenja ħadd.
Madanakollu l-Prim Ministru wera b’mod ċar li jew jaf aktar fuq il-Ministri ta’ madwaru jew mhux jafdahom – hekk kif ma serraħx moħħ il-poplu li m’hemm xejn aktar moħbi.
//= $special ?>