Lokali Parlament

Skandlu fuq skandlu u għall-gvern qisu xejn mhu xejn


Karol Aquilina, PN


Ix-Shadow Minister għall-Ġustizzja qal fil-parlment li minkejja skandlu fuq skandlu; għall-gvern qisu xejn mhu xejn.


Fid-dibattitu parlamentari dwar il-Ministeru tal-Ġustizzja, Karol Aquilina qal li dan id-dibattitu qed isiru propju meta ministru ewlieni tal-gvern rriżenja għaliex fuqu u dwaru hemm akkużi serji ta’ imġieba mhux biss etikament skorretta iżda anki llegali.


Dan propju meta l-gvern qed iġib ruħu qisu ma ġara xejn u hu skandlu li juri t-triq għan-niżla li għaddej minnha dan il-gvern. Issa dan il-gvern riesaq lejn l-aħħar tiegħu.


Hu skandluż ukoll li fost l-aktar nies li ddefendew lil Clayton Bartolo u lil Clint Camilleri hu propju l-Ministru tal-Ġustizzja Johnaton Attard. Flok jinsisti mal-Prim Ministru li jkun eżempju tajjeb mill-ministri, il-Ministru tal-Ġustizzja jiddefendi l-aġir irresponsabbli ta’ Clint Camilleri u Clayton Bartolo.


Id-deputat Nazzjonalista qal li llum il-parlament qed jiddiskuti s-sitwazzjoni fil-Ministeru tal-Ġustizzja iżda l-poplu qed jiddiskuti l-każi ta’ skandli u frodi li saru l-karatteristika ewlenija tal-gvern.


Id-deputat Nazzjonalista tratta l-kwistjoni tad-dewmien esaġerat fil-qrati minħabba n-nuqqas ta’ spazju u riżorsi għaliex il-qorti m’għadux jattira nies li jridu jibni karriera fil-qorti. Hu qal li l-gvern ma ħax il-kwistjoni tal-ispazju bis-serjetà tant li l-erba’ awli li l-gvern wiegħed ma twettqux fi Triq id-Dejqa. Karol Aquilina qal li madwar il-qorti hemm binjiet li jistgħu jinkisbu mill-gvern biex fihom isiru awli ġodda.


Hu tkellem dwar il-volum tax-xogħol ċivili u kriminali u qal li hu impossibbli li l-maġistrati u l-imħallfin jitraw dawn il-każ. Fil-kriminali hemm maġistrat li għandu 8,649 proċedura pendenti quddiem li minhhom 7,500 huma traffiku u 5600 appell minn deċiżjoni tal-Kummissarju għall-Ġustizzja.


Maġistrat wieħed għandu quddiemu 1,538 każ pendneti ta’ vjolenza domestika u ieħor għandu 916 każ pendeti dwar vjolenza domestika. Maġistrat ieħor għandu quddiemu 1,330 kawża tad-distrett pendenti quddiemu waqt li ieħor għandu 1,322 każ tad-distrett pendenti.


Fiċ-Ċivil, sa Otturu kien hemm ħames imħallfin li quddiemhom kellhom 500 kawża pendenti kull wieħed u wieħed minnhom għandu 600 kawża. Sitt imħallfin għandu bejn 400 u 500 kawża quddiehom.


Dan qed jammonta għal inġustizzja ma’ min imur il-qorti, sostna d-deputat Nazzjonalista li appella biex jiżdiedu l-maġistrati u l-imħallfin.


Dwar il-bini tal-qorti f’Għawdex, Karol Aquilina qal li dan il-bini mhuwiex aċċessibbli u sa mill-2013 l-gvern kien wiegħed li se jibni qorti ġdid iżda s’issa għad m’hemm l-ebda pjan.


Hu qal li għandu jkun pubblikat l-eżerċizzju biex jidentifika fejn se jinbena dan il-qorti f’Gaħwdex, jekk hux se tkun żviluppata art ġdida jew hux se jsir f’bini eżistenti, l-istimi dwar kemm se jiswa, jekk hux se jkun hemm allokazzjoni finanzjarja biex jitwettaq il-proġett, jekk hux jitwaqqaf kumitat ta’ azzjoni biex jagħtu l-fehma tagħhom dwr il-bini, għandhom jitħabbru d-data dwar meta se jinħarġu l-offerti, meta se jibda u meta jitlesta l-qorti, id-dettalji dwar ir-trasferiment mill-bini l-antik u li sakemm jitlesta l-bini l-ġdid tal-qorti jkun hemm azzjonijiet biex tittaffa l-problema billi jkun hemm siti alternattivi fejn isiru l-kawżi f’Għawdex.


Hu tkellem dwar l-Avukat Ġenerali (AĠ) u qal li l-AĠ hi kompromessa u inkompetenti għaliex kien hemm diversi każi li fih l-AĠ wriet li flok tiddefendi l-interessi tal-pajjiż qed tieħu deċiżjonijiet li jgawdu minnhom esponenti tal-PL. L-AĠ tpoġġiet hemm apposta biex tkun tkontrollata mill-gvern.


Karol Aquilina qal li ftit ilu inbidlet il-liġi dwar il-ħasil ta’ flus fejn il-gvern ippronona li meta jkun akkuża, mhux kollox ikun iffriżat iżda li l-AĠ għandha f’sitt xhur tippreżenta lista ta’ affarijiet li għandhom ikunu suġġetti għall-iffriżar.


Hu qal li f’każ ewlieni l-AĠ m’għamlitx din id-dikjarazzjoni u għalhekk l-ordni ta’ iffriżar tneħħiet u b’hekk l-Istat m’għandu xejn maqbud ta’ dik il-persuna. Din hi ħażina ħafna iżda tkun gravi iktar meta jkun magħruf li l-akkużat hu Yorgen Fenech; akkużat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, sostna Karol Aquilina, li kompla li l-AĠ lanqas l-għarfien u s-serjetà ma kellha li tagħmel dak li suppost tagħmel biex liġi li għadda l-gvern titwettaq kif suppost.


Il-PN kien wissa meta l-gvern kien se jgħaddi liġi għaliex induna x’kien l-iskop warajha; l-ewwel li gawda minnha kien Yorgen Fenech.


Iktar minn hekk il-Prim Ministru qal li ma jimportax li tneħħa l-ordni ta’ iffriżar għaliex l-affarijiet huma xorta maqbudin għax hemm mandat ta’ sekwestru. Iżda l-mandat ta’ sekwetru sar mill-familja ta’ Daphne Caruana Galizia f’kawża kontra minn qatilha biex jitħallsu l-kumpens skont il-liġi. L-Istat ħasel idejh milli jista’ jagħmel li jrid bil-ġid tal-akkużat, sostna d-deputat Nazzjonalista, li nsista li l-Ministru tal-Ġustizzja u l-AĠ għandhom jirriżenjaw għaliex mhumiex qed jaqdu d-doveri tagħhom.


Hu sfida lill-Ministru tal-Ġustizzja biex jiddikjara kif se jsolvi din il-problema u qal li l-Ministru tal-Ġustizzja moħħu biss biex isikket lin-nies. Kien il-Ministru tal-Ġustizzja li talab ruling biex tittieħed azzjoni kontra l-media u kelliema tal-PN għax irrapportaw proċeduri tal-parlament, sostna Karol Aquilina, li qal li l-aġir tal-Ministru tal-Ġustizzja qed iwassal biex iktar nies jibdew jitkellmu u lill-Minsitru tal-Ġustizzja jgħidulu f’wiċċu li dak li qed jagħmlu qed ikisser lill-pajjiż u qed iwassal biex il-pajjiż ma jingħarafx minn kif kien.